Ippreżentat ‘grant Arrangement’ lil Pembroke Athleta Sports Club għall-manutenzjoni tas-saqaf

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport un Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ppreżenta grant arrangement ta’$5,000 lil Pembroke Athleta Sports Club sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw parti mix-xogħol tagħhom ta’ manutenzjoni tas-saqaf tal-binja ntużata mill-club.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, filwaqt li rringrazzja lil Pembroke Athleta Sports Club tax-xogħol siewi li jagħmlu, saħaq li, “huwa dmir tagħna li mhux biss infaħħru x-xogħol siewi li jagħmlu dawn l-għaqdiet volontarji iżda aħna rridu wkoll nagħtu appoġġ materjali.

Huwa wkoll iddmir tagħna bħala segretarjat responsabbli mill-għaqdiet volontarji li naraw li jkollkom ir-riżorsi strutturali sabiex tkunu tistgħu toperaw un tkomplu tagħmlu x-xogħol Id’ġid maż-żgħażagħ”. Filwaqt li huwa apprezzat li hemm diversi linji ta’ finanzjament b’appoġġ għall-proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet volontarji, tibqa’ r-realtà li hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn organizzazzjoni jista’ jkollha bżonn appoġġ li jirriżulta minn sitwazzjoni Id’ emerġenza.

Għal dan il-għan, il-Ministeru li qed jopera dan il-fond għan-nom tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-għaqdiet tal-volontarjat, għandu fond Id’ kontinġenza li jintuża biss f’sitwazzjonijiet Id’ emerġenza u sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien u f’sitwazzjonijiet li jistgħu jew iwaqqfu l-operazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja li hija essenzjali għall-komunità, jew fejn voluntiera u benefiċjarji jistgħu jkunu f’riskju.

F’sitwazzjoni bħal din, l-organizzazzjoni tagħmel każ mal-Ministeru li, wara parir tekniku, jista’ jikkunsidra appoġġ finanzjarju sħiħ jew parzjali taħt dan il-fond. Pembroke Athleta Sports Club hija organizzazzjoni volontarja rreġistrata li hija club sportiv multidixxiplinari bbażata f’Pembroke.

L-għan ta’ din l-għaqda volontarja hu li torganizza attivitajiet sportivi għal atleti żgħażagħ un anke kbar, biex tipparteċipa f’kompetizzjonijiet sportivi un biex tgħin fl-iżvilupp tal-membri taż-żgħażagħ tal-għaqda.

Il-bini li qed jintuża mill-club sportiv f’Pembroke, li parti minnu hija l-Kappella tal-Armata Britannika l-qadima, qed issostni ħsarat annwali kkawżati mill-elementi naturali. Wara diversi snin s-saqaf un l-kampnar tal-Kappella, għandhom bżonn manutenzjoni. It-total ta’ dawn l-ispejjeż jammonta għal madwar $7,00